Campus 103.7  



Ħamsa u Għoxrin

Ħamsa u għoxrin? Ħamsa u għoxrin. Sena. Ta’ Inizjamed. L-għaqda volontarja kulturali Mediterranja, irreġistrata bħala Għaqda Volontarja f’Malta li twaqqfet fl-1998 bil-għan li tmexxi proġetti kulturali u artistiċi fuq livell lokali u internazzjonali. Inizjamed kienet u għadha tfittex li ġġedded l-espressjoni artistika f’Malta fid-dawl ta’ għarfien aħjar tal- varjetà kulturali li teżisti f’pajjiżna, fir-reġjun tal-Mediterran u lil hinn. F’dan il-kuntest, il-kultura tirreferi għall-iżvilupp artistiku u intellettwali u b’mod partikulari dawk l-affarijiet li jinsġu flimkien l-eżistenza tagħna u jgħinuna biex nagħtuha skop. Ħamsa u għoxrin ilaqqa’ flimkien individwi minn mixjiet differenti tal-ħajja li kienu parti minn Inizjamed f’xi waqt jew ieħor, f’xi proġett, f’xi pubblikazzjoni, jew f’xi festival biex jiddiskutu mnejn nibtet Inizjamed, kif kibret u ’l fejn sejra. Segwuna!



Back to Main Webcast Page




Check out the NEW Campus 103.7 On-demand service



Listen live | Contact us | University of Malta

|