CampusFM 103.7

 

FestaStorja

Mario Coleiro flimkien ma' Joseph Galea, se jduru diversi festi maġġuri u sekondarji madwar Malta u Għawdex u jiddiskutu dan il-kult li għadu verament b'saħħtu f'pajjiżna. Se nduru diversi parroċċi, bliet, bażiliki u kolleġġjati u nsiru nafu kurżitajiet interessanti. Soċjetajiet u għaqdiet ta' baned, skulturi li ħadmu fuq statwi uniċi, kif ukoll se nagħtu ħarsa lejn festi tal-ġirien tagħna fost l-eqreb bħal Sqallija. Programm li jħares lejn il-kronoloġija ta' kif żviluppa dan il-fenomenu tal-festi.

Back to Main Webcast Page

Program 1: L-iżvilupp tar-Reliġjon f'Malta, u tip ta' festi sa mill-qedem.
Program 2: Festi tradizzjonali bħall-Imnarja u San Girgor.
Program 3: Kif bdew jitkabbru u l-iżvilupp tal-knejjes.
Program 4: L-influwenza li ħalliet l-Ordni fuq il-festi tagħna.
Program 5: Kif ġew introdotti il-purċissjonijiet.
Program 6: L-introduzzjoni tal-vari.
Program 7: L-influwenza ta' stili ta' arti f'perjodi differenti fuq il-vari.
Program 8: L-introduzzjoni ta' armar fil-knejjes.
Program 9: L-iżvilupp tal-armar fil-knejjes.
Program 10: L-introduzzjoni tal-armar fit-toroq.
Program 11: L-iżvilupp tal-armar fit-toroq.
Program 12: Il-bidu tal-baned u l-iżvilupp tagħhom. (1)
Program 13: Il-bidu tal-baned u l-iżvilupp tagħhom. (2)
Program 14: Il-logħob tan-nar.
Program 15: Il-festi fi żmien il-gwerra.
Program 16: Il-festi wara l-gwerra.
Program 17: Id-dilettanti tal-festi.
Program 18: Il-festa Maltija fil-ġejjieni.