CampusFM 103.7

 

Sagru fl-Arti

Back to Main Webcast Page

Program 1: Is-simoboliżmu fl-ikonografija sagra. L-artkitett u x-xogħol tiegħu marbut mal-bini u dekorazzjonijet tal-knejjes. Andrea Depascuale jgħaddilna tagħrif dwar Jonnahes Vermier u l-pittura tiegħu l-Allegorija tal-Fidi.
Program 2: It-titli tal-Madonna u s-simboliżmu marbut magħhom; Is-sena tal-bennej u x-xogħol tiegħu marbut mal-bini u dekorazzjonijet tal-knejjes. Andrei Azzopardi jgħaddilna tagħrif dwar Tommaso Minardi u l-pittura tiegħu li turi Il-Madonna bil-Bambin f'idejha flimkien mat-tfajjel San Gwann il-Battista.
Program 3: Aktar dwar it-titli tal-Madonna u is-simboliżmu marbut magħhom. L- Iskalpellin u x-xogħol tiegħu marbut mal-bini u dekorazzjonijet tal-knejjes. Nadette Xuereb - L-ewwel artista mara Maltija Suor Maria De Domenici.
Program 4: Mario Coleiro - postijiet li ntrabtu mal-Madonna u devozzjonijiet ġodda. Andrei Azzopardi - tagħrif dwar Stefano Erardi u x-xogħol tiegħu it-tlugħ tal-Madonna fis-sema. Il-marmista u l-arti dekorattiva tiegħu fil-knejjes.
Program 5: Mario Coleiro - Novembru: il-Qaddisin kollha u l-Erwieħ tal-Purgatorju. Luigi Fontana u l-istatwa tiegħu ta' San Filep f'ħaż-Żebbuġ - Andrea Depasquale. L-orgni u l-organista fil-liturġija - kitba ta' John Galea.
Program 6: Mario Coleiro - Ikonografija u simboliżmu marbuta mal-qaddisin irġiel martri; Ix-xogħol tal-kartapesta; l-Ispiritwalita fl-arti kontemporanja u moderna – Nikki Petroni u Darren Tanti.
Program 7: Mario Coleiro - L-Appostli: ikonografija u simboliżmu marbut magħhom; Ix-xogħol tal-istatwarji u skulturi fl-injam; l-Ispiritwalita fl-arti kontemporanja u moderna – Nikki Petroni u Darren Tanti (2).
Program 8: Mario Coleiro - Il-Martri Qaddisin nisa: ikonografija u simboliżmu marbut magħhom; Ix-xogħol tal-qniepen; Ix-xogħol li turi lil San Luqa ta' Francisco De Zurbaran – Andrei Azzopardi.
Program 9: Mario Coleiro - Ix-xbiehat tal-ispirti u l-anġli fil-pittura u l-arti dekorattiva fil-knejjes waqt it-taħdita; Ix-xogħol tal-mastrudaxxa fl-arti sagra; L-istil fl-artkitettura taċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata – Dr Mark Sagona.
Program 10: Il-konċepiment u t-twelid tal-Madonna fil-pittura u l-iskultura - Mario Coleiro; Ix-xogħol tal-mastrudaxxa fl-arti sagra - John Galea; Il-pittura tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-knisja ta' Sarria, xogħol ta' Mattia Preti - Andrei Azzopardi.
Program 11: Aktar ikonografija u simboliżmu marbuta mal-Madonna meta iċċelebrata f'festi differenti  - Mario Coleiro; ix-xogħol tal-ħġieġ fil-knejjes tagħna - John Galea; Pittura tal-Madonna u l-Anġli kustodji , xogħol ta' Pietro Gagliardi - Andrei Azzopardi.
Program 12: Il-Milied - Mario Coleiro; Il-fjuri u ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi – John Galea; Il-pittura ta' Gianbattista Tiopolo - Andre Depasquale.
Program 13: Il-Milied, presepji, dekorazzjonijiet u tradizzjonijiet - Mario Coleiro; id-dawl fil-knejjes żviluppa minn dak tax-xema' għall-elettriku – John Galea; ix-xbieha ta' Ġesu fil-monument ta' Kristu Re ta' Antonio Sciortino – Nikki Petroni.