CampusFM 103.7

 

Il-Baħar fil-Letteratura

Il-kittieba Maltin huma bnedmin ta' gżira u moħħhom huwa mimli b'dehriet marbutin mal-baħar u kull ħaġa li tmiss miegħu. Barra minn hekk, il-Gżejjer Maltin jinsabu fil-Baħar Mediterran, li hu baħar imdawwar minn kullimkien bl-art u magħluq bejn in-Nofsinhar tal-Ewropa, it-Tramuntana tal-Afrika, u l-Lbiċ tal-Asja. Dan ifisser li l-gżejjer tagħna jġarrbu l-klima Mediterranja li tħaddan klima sajfija niexfa u sħuna. Klima bħal din bilfors li taffettwa l-mentalita' tal-abitanti, u f'din is-sensiela naraw x'attitudnijiet jixirfu mill-kittieba tagħna minħabba l-kondizzjonijiet tal-ajru u tal-post. U meta niflu l-letteratura tagħna jeħtieġ li ningastawha fil-kultura li twasslilna l-kwalitajiet tagħna bħala bnedmin.

Dr.Charles Briffa u Celaine Buhagiar

Back to Main Webcast Page

Program 1: Il-poeżiji ta' Dun Karm: Malta Ġawhra tal-Mediterran, Għanja ta' Malti fl-Amerka, u L-Innu Malti. Il-Mediterranjaniżmu; ġawhra; il-poeżija anonima: Lilek Malta fl-Aħjar Sena; il-graffiti tat-tempji megalitiċi ta' Ħal Tarxien; il-baħar fil-foklor; Il-Kantilena u Mejjun Ġie bil-Ward u ż-Żahar.
Program 2: Ir-rumanz Ineż Farrug ta' Anton Manwel Caruana, l-epika Il-Ġifen Tork ta' Ġananton Vassallo, Id-Djalogu VI ta' G.F. Agius De Soldanis, il-poeżija narrattiva Il-Konverżjoni tal-Maltin ta' Luigi Rosato, u parti mill-Istorja Sagra ta' Annibale Preca.
Program 3: Il-Ġifen Tork ta' Ġananton Vassallo, il-leġġenda ta' Toni Bajada fil-letteratura, ir-rumanzett Toni Bajada ta' Ġuże' Muscat Azzopardi, ir-rumanz Toni Bajada jew il-Misteri tan-Naxxar ta' Emilio Lombardi, il-poeżija narrattiva Toni Bajada - Fatt li Ġara ta' Anton Caruana, ir-rumanz Ineż Farruġ ta' Anton Manwel Caruana, il-poeżija Il-Port ta' Malta ta' Ġananton Vassallo, u l-poeżija Il-Baħar ta' Ġuże' Muscat Azzopardi.
Program 4: Mewġa, in-nagħaġ tal-baħar, baħar imfaħħal, baħar iniegħeġ, il-poeżija Birżebbuġa ta' Luigi Rosato, is-sunett Marsaxlokk ta' Ġuże' Muscat Azzopardi, il-poeżija Baħar ukoll ta' Ġuże' Muscat Azzopardi.
Program 5: Il-poeżija Il-Baħar ta' Ġuże' Muscat Azzopardi mqabbla mal-poeżija Żagħżugħ ta' Dejjem ta' Dun Karm; il-poeżija ta' Anastasju Cuschieri Qtigħ il-Qalb, Kemmuna ta' Ġorġ Pisani; Il-Ġifen Tork ta' Ġananton Vassallo, Ix-Xewqa tas-Sajjied ta' Ġużeppi Farrugia, Sajjied ta' Xewqtu ta' Anastasju Cuschieri, it-taqbiliet tradizzjonali marbutin mal-baħar, Il-Granċ u l-Kelb ta' Annibale Preca.
Program 6: Iċ-ċajt fil-qwiel u l-idjomi, is-sajf fil-proverbji, ir-relevanza ta' Dun Karm bħala poeta tal-baħar, ix-xbieha tal-baħar f'Dun Karm, il-potezjal ta' din ix-xbieha, il-poeżija ta' Dun Karm Fuq il-Baħar.
Program 7: L-għaġna tal-ħsieb ta' Dun Karm, il-poeżija Il-Ġerrejja u Jien, il-personifikazzjoni fil-poeżiji tal-baħar, l-elementi pożittivi u negattivi fil-kunċett tal-baħar, Il-Għanja tar-Rebħa.
Program 8: Il-bniedem fuq vjaġġ, il-poeżija Il-Ġarb Jgħallem ta' Dun Karm, Otia Aestiva I, Otia Aestiva II, il-punti ewlenin minn dawn il-poeżiji, it-tifsir ta' Otia Aestiva .
Program 9: L-istil ta' Otia Aestiva, passiġġata sajfija u villeġġjatura, l-intimita' ta' Dun Karm, il-personalita' tal-poeta, ir-rabta bejn il-post u t-tema, Dun Karm jilgħab il-boċċi fis-sajf.
Program 10: Otia Aestiva 1 - il-karattru ta' San Pawl il-Baħar; Otia Aestiva 2 - il-karattru ta' San Ġiljan; il-ġustapożizzjoni fiż-żewġ partijiet tal-poeżija ta' Dun Karm.
Program 11: Profil tal-karattru ta' Dun Karm mill-poeżija tiegħu Otia Aestiva I/II; l-awtoritratt ta' Dun Karm mill-poeżija.
Program 12: Il-vjaġġ awtoritrattist ta' Dun Karm; aktar fuq Otia Aestiva; Żagħżugħ ta' Dejjem; il-poeżiji ta' Daniel Massa u Anton Buttigieg, Żmien il-Qerda rumanz ta' Ġuże' Cardona, it-triloġija ta' Oliver Friggieri Hekk Tħabbat il-Qalb Maltija.
Program 13: L-esperjenzi letterarji tal-bniedem fis-sajf; Otia Aestiva I ta' Dun Karm; Nofsinhar Sajfi ta' Rużar Briffa; Lejl Safi Mingħajr dija ta' John Sciberras; Ħsieb tas-Sajf ta' P. Marjanu Vella; John Cremona u Ekwinozju; Francis Ebejer, Vaganzi fis-Sajf u Wild Spell of Summer.
Program 14: Il-poeta Charles Bezzina magħruf bħala l-poeta tal-baħar; il-programm tkellem fuq it-tifsir tal-ismijiet tal-ġabriet tiegħu li huma marbutin mal-baħar; Mewġiet Ilkoll Kemm Aħna; l-atmosfera ta' ħdejn il-baħar fis-sajf fil-proża letterarja; Tifel tal-Baħar ta' Ġuże' Galea, Ġurnata l-Baħar ta' Noel Cachia, Salvu l-Baħħar ta' Ġuże' Cassar Pullicino.
Program 15: Il-poeżiji: Lill-Imħara (Ġorġ Zammit), Mħabba Sewda (Ġorġ Borg), Fil-Menqa (Ġorġ Peresso), Il-Bajja (Alfred Degabriele), X'Qaltli l-Mewġa (Joe Saliba), Gawwija (Marlene Saliba), Marsalforn u Kenn Sajfi (Joseph Axiaq), Sebħ il-Jum fiċ-Ċirkewwa, Dgħajsa tal-Qlugħ, u Ħalel il-Baħar (Josianne X. Azzopardi), Il-Baħar u Jien, Mewġ, Buġibba Billejl, L-Aħħar Sajjied, Lampui Friski, u Illum fis-Sajf jew fix-Xitwa (Carmel Attard), Politiku Fqajjar, Aylan, Dawk, Il-Ħolma tal-Ikel, Tfajjel Iswed (Justin Schembri), Tibżax mll-Fond t'Hemm Barra (Louis Briffa), Ħdejn il-Baħar (Charles Casha).
Program 16: Eżaminajt fid-dettall: Awtostorja f'10 Kapitli ta' Mario Azzopardi u Ix-Xitwa ta' Wara s-Sjuf ta' Victor Fenech.
Program 17: Ħajku ta' Victor Fenech u Ix-Xitwa ta' wara s-Sjuf ta' Victor Fenech ukoll; Riflessi fl-Ilma u Alkemija ta' Achille Mizzi.
Program 18: Abdullah u Ħobżna ta' Kuljum Ħudhielna Llum ta' Bertrand Portelli; Bebbux ta' Ġorġ Borg; L-Imħara ta' Ġorġ Zammit; Fil-Menqa ta' Ġorġ Peresso; Iskot ta' Albert Marshall.