CampusFM 103.7

 

Therapy Talk

Programm li jfittex li jilħaq lill-individwi jew ġenituri li jgħixu waħedhom, lill-koppji, lill-ġenituri, lin-nanniet u lil kull min huwa miftuħ jirrifletti dwar għeruqu, il-familja. Programm ta' Karl Wright.

Back to Main Webcast Page

Program 1: Introduzzjoni għas-sensiela.
Program 2: X'jikkostitwixxi l-familja fis-soċjeta tal-lum u kif din inbidlet maż-żmien.
Program 3: X'inhuma l-isfidi kurrenti li qed tiffaċċja kull persuna bħalissa, speċjalment f'kuntest ta' pandemija.
Program 4: Il-Psikoterapija nnifisha. X'inhi eżatt? Xi jsir fiha? Kif isir il-kuntatt? Modalitajiet differenti.
Program 5: It-trobbija - il-pedament ta' kull esperjenza li ssawwarna fil-ħajja.
Program 6: It-telfiet, speċjalment fi żmien il-Covid19 u telfiet oħra ta' opportunitajiet, ta' stili ta' ħajja, ta' xogħol, ta' esperjenzi ta' valur, eċċ.
Program 7: Ir-relazzjonijiet. Kif nibnu relazzjonijiet tajbin? Kif nieħdu ħsiebhom? X'inhuma l-isfidi?
Program 8: Strateġiji pożittivi li jgħinuna nkampaw quddiem sitwazzjonijiet ta' stress. X'nista' nagħmel?
Program 9: Ix-xogħol u l-familja; il-bidliet u l-aspettattivi; il-kapriċċi; l-investimenti; il-bilanċ jew in-nuqqas tiegħu u l-impatt fuq il-familja.
Program 10: X'inhu burnout u d-diffikultajiet ta' natura ta' saħħa mentali: kif dawn jaffettwaw lill-persuna u r-relazzjonijiet fil-familja.
Program 11: Id-diżordnijiet tal-personalita' u kif jaħbtu għas-saħħa mentali b'impatt fuq ir-relazzjonijiet.
Program 12: Ikompli jiddiskuti materji li jikkonċernaw is-saħħa mentali tagħna. Illum jittratta s-self-harm u l-modi differenti ta' kif nistgħu nweġġgħu lilna nfusna.
Program 13: Il-punti saljenti tat-temi differenti li tratta f'dawn il-programmi u jirrevedi mas-semmiegħa esperjenzi, osservazzjonijiet, u tagħlimiet ewlenin.