CampusFM 103.7

 

X'Hemm Moħi?

Sensiela li tikxef stejjer marbuta ma' binjiet, statwi, strutturi, artifatti f'mużewijiet u ġrajjiet oħra marbuta ma' l-istorja ta' pajjiżna, li ħafna drabi ma jkunux magħrufa jew aċċessibli għal pubbliku.

Back to Main Webcast Page

Program 1: Il-ġrajja wara il-kappella li tinsab taħt l-art fid-daħla tal-Birgu imsejħa 'Fejn Sabu S-Sinjur' - Patri Martin Borg u Matthew Balzan; Il-Galera x'kienet? - Liam Gauci.
Program 2: Il-kwadri zgħar imsejħa Ex-Voto - Michael Buhagiar u Gabriel Farrugia; Il-ġrajja ta' baħri Ingliż li jinsab midfun fiċ-ċimiterju tal-Birgu - Matthew Balzan.
Program 3: Sett statwetti tat-tafal li jinsabu fil-Palazz tal-Inkwiżitur - Catherine Tabone. Il-kmamar tal-Palazz tal-Granmastru li sa issa ma hemmx aċċess għalihom minħabba li kienu jintużaw għax-xogħol parlamentari - Robert Cassar.
Program 4: Ritratti li għandhom rabta mal-pittur Guzeppi Cali - Caroline Tonna. Censu Brared u f'liema perjodu fl-istorja ta' Malta kien attiv bis-sħiħ - Mario Coleiro.
Program 5: X'kienet il-karrakka – Liam Gauci; Għaliex waħda mill-kappelli ta' Santa Marija li tinsab f'Ħal Qormi tissejah ‘Tal-Qrejċa' – Mario Coleiro; Il-ġrajja tal-konġuri tal-ilsiera fi żmien l-Ordni - Kenneth Cassar.
Program 6: Gilormu Cassar fl-Arkivji Notarili – Dr Joan Abela; X'kien jinvolvi ix-xogħol tal-majjistra – Janice Caruana; Il-Gvernatur Congreve xtaq li jindifen f'post partikolari. Fejn? - Vince Zammit.
Program 7: Fil-mużew tal-Parroċċa ta' Ħaż-Żabbar insibu karru ta' żmien il-pesta. Fejn u kif instab? - Michael Buhagiar; Il-kannierja tal-Kolleġġjata ta' San Pawl fil-Belt Valletta – Robert Cassar; Il-Bażilika tal-Porto Salvu fil-Belt u Patri Ottoman - Kenneth Cassar.
Program 8: Il-kampnari u l-qniepen tal-Knisja ta' B'Kara – Mario Gauci; Aktar dokumenti misjuba fl-arkivji notarili - Dr Joan Abela; X'hemm mirdum maġenb il-Villa Rumana fir-Rabat Malta – Janicka Buhagiar.
Program 9: L-istorja ta' Miġra l-Ferħa – Mario Coleiro; Kontenitur zgħir tal-injam li ġie akkwistat mill-Mużew Marittimu - Liam Gauci; Postijiet f'Malta fejn kienet tingħata l-mewt permezz tal-forka – Matthew Balzan.
Program 10: Razzini: kunjom marbut mal-Parroċċa tal-Marsa. Għaliex? - Pawlu Dimech; Apparti il-kripta tal-Granmastri, fil-konkatidral insibu kannirja oħra li tissejjaħ ta' Bartolott - Cynthia De Giorgio; il-fotografu Preziosi - Caroline Tonna.
Program 11: L-istorja kampanologika f'Malta - Kenneth Cauchi; il-ħajja fi żmien l-Assedju l-Kbir - Joan Abela.
Program 12: Pjanu li kien sar għal Frederic Chopin - Nikolai Vukovic; Birżebbugia joffri siti storiċi li kienu ta' mportanza għal gżiritna - Matthew Balzan; Il-pulena tal-Hibernia fil-Mużew Marittimu - Liam Gauci.
Program 13: Qniepen bi storja warajhom li nsibu fil-kampnari tagħna - Kenneth Cauchi; Tagħrif dwar żmien il-Kolera f'Malta - Isabellel Camilleri; Kif bdiet il-kollezzjoni Nazzjonali tal-arti - Toni Sant u Rupert Cefai.