CampusFM 103.7

 

Storja-Oġġett

Min jaf kemm-il darba rajna oġġett qadim quddiem għajnejna u ġietna il-mistoqsija: imma tgħid x'inhi l-istorja wara dan l-oġġett? Kull episodju juża oġġett partikolari biex min hemm jibda vjaġġ f'epoka partikolari, spunt li minnu nisiltu kemm il-ħajja fl-imgħoddi, kif ukoll l-arti u x-xjenza tal-Istorja bħala dixxiplina li tipprova tifhem dak li seħħ.



Storja-Oġġett I

Back to Main Webcast Page

Go to top of page... Go to next series...
Program 1: Introduzzjoni għas-sensiela u diskussjoni dwar il-mudell tal-gondola tal-Gran Mastru Adrien de Wignacourt (1690-1697) u l-Port il-Kbir.
Program 2: Krystle Attard Trevisan: Il-kollezzjoni ta' stampi tal-Konti Saverio Marchesi li tinsab fil-Mużew tal-Katidral ta' l-Imdina.
Program 3: Dr Anna Borg Cardona: Il-kitarri u l-manifattura ta' strumenti mużikali fis-seklu 17, b'emfażi fuq Matteo Morales li kien jgħix il-Belt lejn l-aħħar tas-seklu sbatax u kien jaħdem il-kitarri.
Program 4: Francesca Balzan - Ċurkett magħruf bħala il-ħatem tal-qarnita, oġġett li jgħaqqad flimkien il-ġojjellerija, il-mediċina, ir-reliġjon, il-folklore u l-maġija.
Program 5: James Hamberger - Id-djarji (c.1894-1901) ta' Paymaster John Cecil Baker, liema djarji jinsabu il-Mużew Marittimu ta' Malta, il-Belt Vittoriosa.
Program 6: Prof Ruben Paul Borg - It-torri tal-ilma magħmul mill-concrete li jinsab il-Marsa u kien maħdum fis-snin 30 tas-seklu dsatax.
Program 7: Jonathan Borg - Il-Kolonna ta' Amati, li illum tinsab ġewwa il-Mużew Marittimu ta' Malta, fil-Belt Vittoriosa. Din il-kolonna serviet bosta għanijiet matul is-sekli.
Program 8: Catherine Tabone: sett ta' statwetti tat-tafal magħmula minn Pawlu Scicluna (1855-1933) li huma esebiti fil-Palazz tal-Inkwiżitur ġewwa l-Birgu.
Program 9: L-Imħallef Giovanni Bonello - fdal minn bandiera Ingliża, li kienet tinsab il-Liceo il-Belt Valletta, u li din il-biċċa minn bandiera tqaċtet waqt l-irvellijiet tas-7 ta' Ġunju 1919.
Program 10: Maria Elena Zammit - l-istatwetta preistorika ferm magħrufa msejħa il-mara rieqda.
Program 11: Claudia Garradas - Ktieb stampat fl-aħħar tas-seklu tmintax, it-Tratado das Cores (1787) miktub mill-Kavallieri Portugiż tal-Ordni ta' San Ġwann, Diogo de Carvalho e Sampaio.
Program 12: Hilary Spiteri - tavola li kienet tintuża fl-akkademji artistiċi biex jiġu studjati il-proporzjonijiet tal-ġisem uman u 2. plaster cast magħruf bħala the Dying Gaul.
Program 13: Elaine Debono - mudelli anatomiċi, magħmula mix-xema, li kienu jintużaw fis-seklu dsatax għat-tagħlim u taħriġ tal-qwiebel u l-infermiera.
Program 14: Caroline Miggiani - il-pitturi tal-artist Brittanniku Leslie Cole li jiffukaw fuq il-qerda u t-tbatija li n-nies f'Malta għaddew minnha matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
Program 15: Dr Mark Sagona: par lantieri proċessjonali, xogħol ta' Francesco Saverio Sciortino (1875-1958), li kienu saru għall-Bażilika tan-Nadur, Għawdex, fl-1903.
Program 16: Dr Daniel K. Gullo: ktieb stampat fis-sena 1500 fil-Monasteru ta' Santa Maria de Montserrat; l-edizzjonijiet bil-Latin u fil-Kastilja tal-Exercitatorio dela vida spiritual tal-Abbati Garcia Jimenez de Cisneros.
Program 17: Emanuel Buttigieg and Liam Gauci: Konklużjoni għas-sensiela u diskussjoni dwar il-pulena tal-HMS Hibernia li tinsab ġewwa il-Mużew Marittimu ta' Malta bil-Belt Vittoriosa.


Storja-Oġġett II

Back to Main Webcast Page

Go to previous series... Go to top of page... Go to next series...
Program 1: Introduzzjoni għas-sensiela u diskussjoni dwar manuskritt tan-nofs tas-seklu 17, bit-titlu Instruttione lasciata da Monsigor Galeazzo Marescotti Inquisitore di Malta a Monsigor Ranuzzi Suo Successero, (c.1666).
Program 2: Dr Patricia Camilleri - L-ewwel mitt sena tan-nisa fl-Universita' ta' Malta.
Program 3: Prof Timmy Gambin - Sejbiet li saru fuq xini Feniċu li għereq fl-ibħra viċin Għawdex madwar 2,700 sena ilu.
Program 4: Prof Timmy Gamin - boxla tas-seklu sbatax u strumenti oħra marbuta mal-baħar.
Program 5: Richard Cauchi: ser ikunu qed jitħadtu dwar manuskritt magħruf bħala Cause Book, mill-Qorti tal-Ammiraljat Brittanika, li ikopri l-1794-95.
Program 6: Dr Dennis Mizzi - Il-ġarra u għatu tal-fuħħar mill-Palestina Antika.
Program 7: Dr Reuben Grima - Funtana kurjuża maħduma minn pedestall tal-irħam, li nstabet fis-seklu sbatax fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar minn Ġan Franġisk Abela (1582-1655).
Program 8: Dr Charles Farrugia - Medaljun tal-fidda tal-fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-Imqabba.
Program 9: Bernadine Scicluna - set ta' erba' mapep li juru xeni mill-Assedju il-Kbir tal-1565, maħduma ġewwa Venezja fil-bottega ta' Giovanni Francesco Camocio.
Program 10: Prof Nicholas Vella - L-istatwa ekwestri tal-Imperatur Marcus Aurelius f'Ruma.
Program 11: Caroline Tonna - Libsa tas-seklu tmintax magħrufa bħala robe volante.
Program 12: Michael Buhagiar - karru mgħamul mill-injam u jimxi fuq ir-roti, li kien jintuża biex fil-pesta tal-1813 iġorr lil vittmi lejn il-post tad-difna.
Program 13: Emanuel Buttigieg u Liam Gauci - il-pesta tal-1592.
Program 14: Emanuel Buttigieg u Liam Gauci - il-pesta tal-1676.
Program 15: Kenneth Cassar u Malcom Borg - L-istorja tal-ikel u l-proġett Taste History.
Program 16: Ivan Cocker - Il-ħolqien ta' mudel ta' fortifikazzjoni Maltija tal-1798 li m'għadiex teżisti, il-Batterija tal-Għargħar.
Program 17: L-Statuta Hospitalis Hierusalem tal-1588, kummissjonat mill-Gran Mastru Hughes Loubens de Verdalle (r.1582-1595).


Storja-Oġġett III

Back to Main Webcast Page

Go to previous series... Go to top of page... Go to next series...
Program 1: Introduzzjoni; Platt tal-porċellana tas-seklu tmintax mill-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu - Dr Nathaniel Cutajar.
Program 2: Xogħolijiet, u kopji ta' xogħolijiet, ta' Albrecht Dürer, fil-kollezzjoni Nazzjonali - Krystle Attard Trevisan.
Program 3: Il-manuskritt tan-Nutar Bernardo Maria Callus - Rakele Fiott.
Program 4: Dr Maxine Anastasi - Amfora li ġejja jew mil-Perjodu tardiv Puniku, jew minn dak bikri Ruman, u li fil-fatt eżempji simili insibuhom mhux biss Malta, imma anke Ġerba, Pantelleria, Sqallija u t-Tuneżija.
Program 5: L-affreski ġewwa il-Palazz tal-President, il-Belt Valletta, li juru xeni mill-Assedju il-Kbir tal-1565 tal-artist Matteo Perez d'Aleccio - Ms Jennifer Porter u Dr Chiara Pasian.
Program 6: Michael Buhagiar - Il-fdalijiet tal-ajruplan 'Vulcan' f'Ħaż-Żabbar.
Program 7: Il-monument tar-Reġina Vittorja f'Misraħ ir-Repubblika fil-Belt Valletta - Simone Azzopardi.
Program 8: HMS Safari Jolly Roger - Keith Gatt.
Program 9: Pjanta li turi l-Kanċellerija tal-Palazz tal-Inkwiżitur tas-sena 1700 - Kenneth Cassar.
Program 10: L-ittra ta' Napuljun Bonaparte fejn ordna l-preparamenti għall-invażjoni ta' Malta fl-1798.
Program 11: Xwabel fi djar privati - Franco Davies.
Program 12: 'George Medal' - Mario Farrugia.
Program 13: Manuskritt tan-Nutar Brandano de Caxaro - Vanessa Buhagiar.


Storja-Oġġett IV

Back to Main Webcast Page

Go to previous series... Go to top of page...
Program 1: Statwa tal-artist Antonello Gagini li tinsab fil-knisja ta' Ġieżu, ir-Rabat, Malta, u l-pedestal ta' din l-istess statwa - Dr Charlene Vella.
Program 2: Partijiet mill-armatura ta' de Valette - Franco Navarro.
Program 3: Dokument tal-1804 li jitkellem dwar il-ġejjieni tal-Ordni ta' San ġwann - Dr Valeria Vanesio.
Program 4: Iċ-Čippus jew kandelabrum - Dr Abigail Zammit.
Program 5: Il-karta tal-għaxar lira Maltija u aspetti soċjo-ekonomiċi minn wara l-Indipendenza - Mark Camilleri.
Program 6: Proġett ta' kxif, konservazzjoni u restawr ta' sett ta' pitturi dekorattivi fuq il-ħajt fil-binja il-ġdida li ser tospita l-Arkivji Notarili - Dr Joan Abela and Amy Sciberras.
Program 7: Materjal mill-arkivju privat ta' Francis S. Mallia, li permezz tiegħu nistgħu naraw kif żviluppa l-studju tal-arkeoloġija u kif żviluppaw il-mużewijiet f'Malta fis-60, s-s70 u l-bidu tas-snin 80 - Nico Muscat.
Program 8: Xbihat tal-Madonna fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa - Valentina Lupo.
Program 9: Il-Ġibsoteka tal-Universita' ta' Malta fil-campus tal-Belt Valletta, b'emfażi fuq l-istatwa tal-Apollo del Belvedere - Chiara Galea.
Program 10: Każijiet dwar Birkirkara mit-Tribunal tal-Inkwiżizzjoni - Mario Gauci.
Program 11: Munita tal-fidda minn Rodi li għal xi żmien l-Ordni ta' San Ġwann kienet taħseb li hija waħda mit-tletin biċċa fidda ta' Ġuda - Matthias Ebejer.
Program 12: Abito della penitenza, l-ereżija u l-penitenza fis-seklu 17 - Gabriel Farrugia.
Program 13: Il-Cosmographia (seklu 16) ta' Sebastian Munster u il-Gran Mastru Jean de Valette.