CampusFM 103.7

 

Sagru fl-Arti

Dan il-programm radjofoniku ta' siegħa, jiġbor fih dak kollu li jagħmel parti mill-Arti Sagra. Din l-arti timmanifesta ruħha taħt forom differenti. Wieħed jista jgħid li kull sena li teżisti titħaddem biex jinħolqu opri li jżejnu minn kappelli sal-akbar Katidrali. Fost dawn insibu snajja fil-ġebla, irħam, injam, skultura,rakkmu, ħjata, induratura, bizzilla u aktar. Esperti f'dawn is-snajja jiddiskutu miegħi dwar xogħlijiet li ħadmu marbuta ma' dak li hu sagru. Aspett interessanti huwa l-arti sagra fit-tattoo. Huma ħafna dawk li jagħżlu li fuq ġisimhom jagħmlu tattoo ta' xi kurċifiss, Madonna u simboli oħrajn marbuta ma' dak li hu sagru. Dan u akar ser jagħmel dan il-programm wieħed imżewwaq biex jintleħaq minn faxex differenti ta' semmiegħa.



Sagru fl-Arti I

Back to Main Webcast Page

Go to top of page... Go to next series...
Program 1: Is-simoboliżmu fl-ikonografija sagra. L-artkitett u x-xogħol tiegħu marbut mal-bini u dekorazzjonijet tal-knejjes. Andrea Depascuale jgħaddilna tagħrif dwar Jonnahes Vermier u l-pittura tiegħu l-Allegorija tal-Fidi.
Program 2: It-titli tal-Madonna u s-simboliżmu marbut magħhom; Is-sena tal-bennej u x-xogħol tiegħu marbut mal-bini u dekorazzjonijet tal-knejjes. Andrei Azzopardi jgħaddilna tagħrif dwar Tommaso Minardi u l-pittura tiegħu li turi Il-Madonna bil-Bambin f'idejha flimkien mat-tfajjel San Gwann il-Battista.
Program 3: Aktar dwar it-titli tal-Madonna u is-simboliżmu marbut magħhom. L- Iskalpellin u x-xogħol tiegħu marbut mal-bini u dekorazzjonijet tal-knejjes. Nadette Xuereb - L-ewwel artista mara Maltija Suor Maria De Domenici.
Program 4: Mario Coleiro - postijiet li ntrabtu mal-Madonna u devozzjonijiet ġodda. Andrei Azzopardi - tagħrif dwar Stefano Erardi u x-xogħol tiegħu it-tlugħ tal-Madonna fis-sema. Il-marmista u l-arti dekorattiva tiegħu fil-knejjes.
Program 5: Mario Coleiro - Novembru: il-Qaddisin kollha u l-Erwieħ tal-Purgatorju. Luigi Fontana u l-istatwa tiegħu ta' San Filep f'ħaż-Żebbuġ - Andrea Depasquale. L-orgni u l-organista fil-liturġija - kitba ta' John Galea.
Program 6: Mario Coleiro - Ikonografija u simboliżmu marbuta mal-qaddisin irġiel martri; Ix-xogħol tal-kartapesta; l-Ispiritwalita fl-arti kontemporanja u moderna - Nikki Petroni u Darren Tanti.
Program 7: Mario Coleiro - L-Appostli: ikonografija u simboliżmu marbut magħhom; Ix-xogħol tal-istatwarji u skulturi fl-injam; l-Ispiritwalita fl-arti kontemporanja u moderna - Nikki Petroni u Darren Tanti (2).
Program 8: Mario Coleiro - Il-Martri Qaddisin nisa: ikonografija u simboliżmu marbut magħhom; Ix-xogħol tal-qniepen; Ix-xogħol li turi lil San Luqa ta' Francisco De Zurbaran - Andrei Azzopardi.
Program 9: Mario Coleiro - Ix-xbiehat tal-ispirti u l-anġli fil-pittura u l-arti dekorattiva fil-knejjes waqt it-taħdita; Ix-xogħol tal-mastrudaxxa fl-arti sagra; L-istil fl-artkitettura taċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata - Dr Mark Sagona.
Program 10: Il-konċepiment u t-twelid tal-Madonna fil-pittura u l-iskultura - Mario Coleiro; Ix-xogħol tal-mastrudaxxa fl-arti sagra - John Galea; Il-pittura tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-knisja ta' Sarria, xogħol ta' Mattia Preti - Andrei Azzopardi.
Program 11: Aktar ikonografija u simboliżmu marbuta mal-Madonna meta iċċelebrata f'festi differenti  - Mario Coleiro; ix-xogħol tal-ħġieġ fil-knejjes tagħna - John Galea; Pittura tal-Madonna u l-Anġli kustodji , xogħol ta' Pietro Gagliardi - Andrei Azzopardi.
Program 12: Il-Milied - Mario Coleiro; Il-fjuri u ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi - John Galea; Il-pittura ta' Gianbattista Tiopolo - Andre Depasquale.
Program 13: Il-Milied, presepji, dekorazzjonijiet u tradizzjonijiet - Mario Coleiro; id-dawl fil-knejjes żviluppa minn dak tax-xema' għall-elettriku - John Galea; ix-xbieha ta' Ġesu fil-monument ta' Kristu Re ta' Antonio Sciortino - Nikki Petroni.


Sagru fl-Arti II

Back to Main Webcast Page

Go to previous series... Go to top of page...
Program 1: L-Ordnijiet Reliġjużi f'pajjiżna u qaddisin marbuta magħhom, specjalment dawk li għalihom tiġi ċelebrata l-festa - Mario Coleiro; Ix-xogħol tal-ganutell fil-knejjes tagħna - John Galea; Il-pittura ta' San Dumninkun fill-Knisja tal-Porto Salvo l-Belt Valletta, xogħol ta' Guzeppi Cali - Andrei Azzopardi.
Program 2: L-Ordnijiet Reliġjużi f'pajjiżna u qaddisin marbuta magħhom, speċjalment dawk li għalihom tiġi ċelebrata l-festa (2) - Mario Coleiro; Ix-xogħol tal-arluġġar fil-knejjes tagħna - John Galea; Il-wirja tal-arti kontemporanja anwali tal-Kattidral tal-Imdina - Nikki Petroni u Darren Tanti.
Program 3: L-Ordnijiet Reliġjużi f'pajjiżna u qaddisin marbuta magħhom, speċjalment dawk li għalihom tiġi ċelebrata l-festa (3) - Mario Coleiro; Ix-xogħol tal-ħjata fil-knejjes tagħna - John Galea; Xogħolijiet tal-pittur Antoine Favray - Andre Depasquale.
Program 4: L-Ordnijiet Reliġjużi f'pajjiżna u qaddisin marbuta magħhom, speċjalment dawk li għalihom tiġi ċelebrata l-festa - Is-sorijiet tal-Klawsura (4) - Mario Coleiro; Ix-xogħol tal-karta marbut mar-ritwali liturġiċi - John Galea; Gużeppi Briffa u x-xogħolijiet tiegħu fil-knejjes Maltin - Nadette Xuereb.
Program 5: L-Ordnijiet Reliġjużi f'pajjiżna u qaddisin marbuta magħhom, speċjalment dawk li għalihom tiġi ċelebrata l-festa - Sorijiet (5) - Mario Coleiro; Il-fratellanzi - John Galea; Melchiore Gafa' u x-xogħol tiegħu Santa Rosa ta' Lima - Andre Depasquale.
Program 6: San Pawl u r-rabta tiegħu ma' Malta - Mario Coleiro; Ix-xogħol tal-bizzilla fil-knejjes tagħna - John Galea; l-artist Francesco Zahra - Andrei Azzopardi.
Program 7: Ritwali u funzjonijiet liturġiċi fiż-żmien tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa - Mario Coleiro; L-arġenterija fl-arti sagra - John Galea; l-arti dekorattiva fil-knejjes fil-bidu tas-seklu 20 - Mark Sagona.
Program 8: Aktar ritwali u funzjonijiet liturġiċi fiż-żmien tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa (2) - Mario Coleiro; Il-mużika waqt ċelebrazzjonijiet liturġiċi - John Galea; l-artist Guzeppe D'Arena - Andrea Depasquale.
Program 9: L-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira imxerrdin fil-knejjes u Parroċċi ta' Malta (1) - Mario Coleiro; is-sena tal-induratura - John Galea; Francisco Goya - Andrea Depasquale.
Program 10: L-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira: Kif żviluppat l-għadd tagħhom matul is-snin – Mario Coleiro; Il-pittur - John Galea; l-arti kontemporanja u l-fotografija kif marbuta mal-arti sagra – Gilbert Calleja.
Program 11: San Ġużepp, ikonografija u simboliżmu: id-devozzjoni lejh fil-gżejjer Maltin – Mario Coleiro; Is-sengħa tar-rakmu - John Galea; l-arti kontemporanja u l-fotografija kif marbuta mal-arti sagra (2) – Gilbert Calleja.
Program 12: Il-festa tad-Duluri u wħud mill-istatwi importanti ta' din ix-xbieha tant devota mal-Maltin – Mario Coleiro; is-sakristan u x-xogħol tiegħu - John Galea; Caravaggio u x-xogħol tiegħu marbut mal-arti sagra - Andrea Depasquale.
Program 13: Il-festi liturġiċi mill-Għid il-Kbir sa Pentecoste – Mario Coleiro; Ir-restawr u l-konservazzjoni - John Galea; l-artist Antonio Canova - Andrei Azzopardi.