CampusFM 103.7

 

Mill-Ħajja Kwotidjana ta' Rikardu Simiana

Mill-ħajja kwotidjana ta Rikardu Simiana - produzzjoni u prezentazjoni ta' Andre' Mangion. Il-proġett, bl-isem ta' Mill-Ħajja Kwotidjana ta' Rikardu Simiana, huwa maħsub li jkun serje ta' qari u dramm li jixxandru minn ġimgħa għal ġimgħa. Filwaqt li l-awtur se jfassal plot u narrattiva għas-serje, dawn jibqgħu flessibli b'tali mod li l-istorja tinbena wkoll fuq il-ġrajjiet kurrenti li nkunu għaddejjin minnhom bħala nazzjon. Bħal kwalunkwe dramm jew novella, is-serje issegwi l-passi tal-karattri prinċipali. Iżda il-kitba u l-iżvilupp tan-narrattiva se jippermetti lil awtur biex jieħu nota u janalizza dak li jkun qed jiġri madwarna, (aħbarijiet lokali, internazzjonali, stramberiji, kummenti fuq social media) u jekk ikun jagħmel sens, iħalli dawn l-aħbarijiet jinfluwenzaw l-istorja. Dan il-proċess għandu jagħmel dan ix-xogħol iktar kurrenti u frisk. Apparti minn hekk, dan il-pjan għandu jħalli iktar impatt fuq l-engagement tas-semmiegħa illi malli jidraw il-kunċett li qed niżviluppaw, tinħoloq ċertu stennija u forsi wkoll diskussjoni ta' kif il-karattri se jirreaġixxu jew x'se jkun l-impatt fuq l-istorja. Din is-serje għandha s-sehem ta' l-atturi stabbiliti: Jesmond Tedesco Triccas, Toni Busuttil u Marceline Galea.

Back to Main Webcast Page

Program 1.
Program 2.
Program 3.
Program 4.
Program 5.
Program 6.
Program 7.
Program 8.
Program 9.
Program 10.
Program 11.
Program 12.
Program 13.