CampusFM 103.7

 

L-Ekonomija u l-Politika

Id-Dipartiment tal-Public Policy u d-Dipartiment tal-Ekonomija qegħdin jgħaqqdu l-forzi tagħhom biex jipproduċu sensiela ġdida ta' programmi, mgħammda taħt l-isem L-Ekonomija u l-Politika. Fuq medda ta' sbatax-il programm ta' 58 minuta-il wieħed, se jkunu diskussi għadd ta' temi marbutin mal-istorja u t-tħaddim tal-ekonomija u l-politika. Numru ta' programmi jagħtu ħarsa storika ta' kif żviluppaw il-prinċipji u l-prattiċi ekonomiċi matul is-sekli, filwaqt li f'puntati oħrajn ikunu mistħarrġa għadd ta' temi marbutin mal-politika, fosthom it-tħaddim tal-poter, is-sostenibilita', l-iżvilupp uman, il-globalizzazzjoni u l-Unjoni Ewropea. Ma jonqsux ukoll referenzi dwar kif Malta bniet, żviluppat u ddiversifikat l-ekonomija tagħha. B'mod partikulari, l-esperti mistiedna fl-istudjo se jkunu qegħdin jirrispondu għall-mistoqsija ċentrali dwar jekk id-dinamika bejn l-ingranaġġ ekonomiku u l-politika hijiex rabta ċoff jew kuntratt dejjiemi.

Back to Main Webcast Page

Program 1: L-edukazzjoni, l-ekonomija u l-politika - Dr Anne Marie Thake.
Program 2: L-ekonomija razzjonali jew istintiva? (Rational vs Behaviour economics) - Dr. Marie Briguglio.
Program 3: Il-Politika u l-Ekonomija - Is-Sur Andre Debattista.
Program 4: L-Ekonomija u t-Tagħlim Soċjali tal-Knisja - Prof Rev Carmel Tabone.
Program 5: L-Ekonomija u l-Iżlam - Imam Laiq Ahmed Atif.
Program 6: L-Ekonomija fi żmien medjevali u Barokk - Prof Denis De Lucca.
Program 7: L-Ekonomija u r-Rivoluzzjoni Industrijali - Dr Philip von Brockdorff.
Program 8: L-Ekonomija u l-Politika Amerikana - Dr George Vital Zammit.
Program 9: L-alternattiva Komunista għall-Ekonomija - Dr Philip von Brockdorff.
Program 10: L-ekonomija neoliberali - Dr Philip von Brockdorff.
Program 11: Ir-Rivoluzzjoni Diġitali u l-Ekonomija - Dr Philip von Brockdorff.
Program 12: L-Iżvilupp tal-bniedem u l-Ekonomija - Prof. Rev Charles Tabone OP.
Program 13: L-ekonomija ta' stati żgħar - Prof Lino Briguglio.
Program 14: L-ekonomija u s-sostenibilta' - Is-Sur Clinton Cassar.
Program 15: L-Ekonomija tal-Unjoni Ewropea - Is-Sur Andre Debattista.
Program 16: Malta u l-Ekonomija tagħha - Prof Godfrey Baldacchino.
Program 17: L-ekonomija u s-Servizz Pubbliku - Dr Philip von Brockdorff.