Campus 103.7  


Għanjiet il-Bidla

Għanjiet il-Bidla huwa programm li jħares lejn l-effetti tat-tibdil tal-klima fuq il-bnedmin minn lenti kulturali. X’inħuma l-effetti ta’ bidla drastika fit-temp u fl-ambjent naturali fuq il-ħajja tal-bniedem? Ix-xjentist u klimatologu Dr John Paul Cauchi u l-mużiċist u riċerkatur Dr Alexander Vella Gregory jagħtu ħarsa mhux tas-soltu lejn din ir-rabta permezz ta’ studji xjentifiċi u eżempji mid-dinja tal-arti. Il-programm iħares lejn firxa ta’ avvenimenti li ħallew effett b’saħħtu fuq l-istorja. Naraw kif l-istorja Biblika ta’ Sodoma u Gomorra għandha għeruq xjentifiċi, u kif il-leġġendi tal-Aboriġini Awstraljani dwar art li tinbela’ mill-baħar huma bbażati fuq avvenimenti ta’ taqlib ġeografiku. Naraw ukoll kif il-metafori tat-taqlib fit-temp u qerda ambjentali intużaw matul is-sekli minn diversi artisti sabiex jgħaddu kull tip ta’ messaġġ u jirrakkuntaw stejjer. F’dinja li qiegħda tinbidel b’mod mgħaġġel minħabba l-effett tal-bniedem fuq l-ambjent u l-klima, dan il-programm joffri mument ta’ riflessjoni u anke provokazzjoni sabiex aħna nixtarru aktar fuq dawn il-bidliet u nieħdu azzjoni pożittiva.



Back to Main Webcast Page




Check out the NEW Campus 103.7 On-demand service



Listen live | Contact us | University of Malta

|