CampusFM 103.7

 

Storja-Oġġett

Min jaf kemm-il darba rajna oġġett qadim quddiem għajnejna u ġietna il-mistoqsija: imma tgħid x'inhi l-istorja wara dan l-oġġett? Kull episodju juża oġġett partikolari biex min hemm jibda vjaġġ f'epoka partikolari, spunt li minnu nisiltu kemm il-ħajja fl-imgħoddi, kif ukoll l-arti u x-xjenza tal-Istorja bħala dixxiplina li tipprova tifhem dak li seħħ.

Back to Main Webcast Page

Program 1: Introduzzjoni għas-sensiela u diskussjoni dwar il-mudell tal-gondola tal-Gran Mastru Adrien de Wignacourt (1690-1697) u l-Port il-Kbir.
Program 2: Krystle Attard Trevisan: Il-kollezzjoni ta' stampi tal-Konti Saverio Marchesi li tinsab fil-Mużew tal-Katidral ta' l-Imdina.
Program 3: Dr Anna Borg Cardona: Il-kitarri u l-manifattura ta' strumenti mużikali fis-seklu 17, b'emfażi fuq Matteo Morales li kien jgħix il-Belt lejn l-aħħar tas-seklu sbatax u kien jaħdem il-kitarri.
Program 4: Francesca Balzan - Ċurkett magħruf bħala il-ħatem tal-qarnita, oġġett li jgħaqqad flimkien il-ġojjellerija, il-mediċina, ir-reliġjon, il-folklore u l-maġija.
Program 5: James Hamberger - Id-djarji (c.1894-1901) ta' Paymaster John Cecil Baker, liema djarji jinsabu il-Mużew Marittimu ta' Malta, il-Belt Vittoriosa.
Program 6: Prof Ruben Paul Borg - It-torri tal-ilma magħmul mill-concrete li jinsab il-Marsa u kien maħdum fis-snin 30 tas-seklu dsatax.
Program 7: Jonathan Borg - Il-Kolonna ta' Amati, li illum tinsab ġewwa il-Mużew Marittimu ta' Malta, fil-Belt Vittoriosa. Din il-kolonna serviet bosta għanijiet matul is-sekli.
Program 8: Catherine Tabone: sett ta' statwetti tat-tafal magħmula minn Pawlu Scicluna (1855-1933) li huma esebiti fil-Palazz tal-Inkwiżitur ġewwa l-Birgu.
Program 9: L-Imħallef Giovanni Bonello - fdal minn bandiera Ingliża, li kienet tinsab il-Liceo il-Belt Valletta, u li din il-biċċa minn bandiera tqaċtet waqt l-irvellijiet tas-7 ta' Ġunju 1919.
Program 10: Maria Elena Zammit - l-istatwetta preistorika ferm magħrufa msejħa il-mara rieqda.
Program 11: Claudia Garradas - Ktieb stampat fl-aħħar tas-seklu tmintax, it-Tratado das Cores (1787) miktub mill-Kavallieri Portugiż tal-Ordni ta' San Ġwann, Diogo de Carvalho e Sampaio.
Program 12: Hilary Spiteri - tavola li kienet tintuża fl-akkademji artistiċi biex jiġu studjati il-proporzjonijiet tal-ġisem uman u 2. plaster cast magħruf bħala the Dying Gaul.
Program 13: Elaine Debono - mudelli anatomiċi, magħmula mix-xema, li kienu jintużaw fis-seklu dsatax għat-tagħlim u taħriġ tal-qwiebel u l-infermiera.
Program 14: Caroline Miggiani - il-pitturi tal-artist Brittanniku Leslie Cole li jiffukaw fuq il-qerda u t-tbatija li n-nies f'Malta għaddew minnha matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
Program 15: Dr Mark Sagona: par lantieri proċessjonali, xogħol ta' Francesco Saverio Sciortino (1875-1958), li kienu saru għall-Bażilika tan-Nadur, Għawdex, fl-1903.
Program 16: Dr Daniel K. Gullo: ktieb stampat fis-sena 1500 fil-Monasteru ta' Santa Maria de Montserrat; l-edizzjonijiet bil-Latin u fil-Kastilja tal-Exercitatorio dela vida spiritual tal-Abbati Garcia Jimenez de Cisneros.
Program 17: Emanuel Buttigieg and Liam Gauci: Konklużjoni għas-sensiela u diskussjoni dwar il-pulena tal-HMS Hibernia li tinsab ġewwa il-Mużew Marittimu ta' Malta bil-Belt Vittoriosa.