Campus 103.7  


Il-Mediterran Tiegħi

Dan il-programm ilaqqa' lis-semmiegħa ma' riċerkatur jew riċerkatriċi, fil-parti kbira tagħhom membri tal-korp akkademiku fl-Universita' u anke riċerkaturi indipendenti, li b'mod jew ieħor jaħdmu, jirriċerkaw jew jgħallmu f'oqsma jew kompetenzi li fihom element b'saħħtu ta' Studji Mediterranji. Tematikament qed inħarsu lejn perspettivi minn riċerka fl-istudji tal-migrazzjoni, il-letteratura, l-antropoloġija kulturali, it-tagħlim u l-pedagoġija, id-diżabilita', ir-relazzjoni bejn l-estetika u l-politika fir-reġjun, il-fidi, ir-reliġjon u l-punti ta' inkontru fir-reġjun, l-arti viżiva, l-istorja u l-kultura tal-ikel, it-traduzzjoni, l-istorjografija u l-istorja ekonomika u soċjali tar-reġjun, relazzjonijiet internazzjonali fil- u madwar ir-reġjun, it-turiżmu, il-ġeografija, fil-kuntest speċifiku ta' kif it-tifsira tal-Mediterran tkompli tinbidel illum. Dan il-programm ta' diskussjoni jittella' mill-Istitut għall-Mediterran (Mediterranean Institute) tal-Universita' ta' Malta bħala parti mill-Qasam ta' Riċerka dwar l-Ispazju, in-Narrattiva u l-Memorja fil-Mediterran (Space, Narrative, Memory Research Area) ibbażata fl-Istitut tal-Mediterran.



Back to Main Webcast Page




Check out the NEW Campus 103.7 On-demand service



Listen live | Contact us | University of Malta

|