CampusFM 103.7

 

Fuq il-Passi ta' Vassalli

Din is-sensiela fuq Vassalli se tlaqqagħna mar-riċerkaturi li ħadmu fuq aspetti differenti tal-ħidma politika u akkademika tiegħu. Vassalli kien promutur tal-ilsien Malti daqskemm ried iġib 'il quddiem is-sehem tal-Maltin fil-gvern tal-Ordni. Mill-banda l-oħra, ċerti deċiżjonijiet li ħa mhumiex ċari fi żmienna. Veru li kien irid isir qassis biex jisfrutta l-opportunita' li jitgħallem l-Għarbi fl-istituzzjonijiet Kattoliċi? Jekk kien iħobb lil Napuljun, kif telaq ħabta u sabta minn Ruma malli sema' l-istorbju tal-Franċiżi fuq l-għatba tal-Belt Eterna. Wara l-eżilju veru taha għan-negozju biss u abbanduna l-ħolm ta' żgħożitu fuq ilsienna? Imma mbagħad, meta rritorna Malta 20 sena wara, għala l-ewwel ma ħaseb kien f'edizzjoni ġdida tad-dizzjunarju? U l-Maltin għala ma difnuhx f'ċimiterju tal-Knisja u seħtuh wara mewtu?

Liam Gauci u Olvin Vella.

Back to Main Webcast Page

Program 1: Il-bijografija ta' Mikiel Anton Vassalli: l-istoriku, id-dokumenti, l-immaġinazzjoni - Prof Frans Ciappara.
Program 2: L-Imblokk.
Program 3: Prospetto - Prof Frans Ciappara.
Program 4: Il-pubblikazzjonijiet ta' Vassalli.
Program 5: Il-konġura kontra l-Ordni - David Agius Muscat.
Program 6: Panzavecchia u Vassalli fl-Universita' - David Agius Muscat.
Program 7: L-eżilju f'Korsika: Kalcidon Fenech u Vassalli - Richard Spiteri.
Program 8: It-traduzzjoni tal-Vanġeli - Rev. Dr Paul Sciberras.
Program 9: Cleardo Naudi - Olvin Vella.
Program 10: Il-kursara f'Korsika - Liam Gauci.
Program 11: Ġannikol Muscat - Prof William Zammit.