CampusFM 103.7

 

Il-Politika fl-Arti Viżiva

Id-Dipartiment tal-Public Policy fi ħdan il-Fakulta' tal-Management, l-Ekonomija u l-Accountancy tal-Universita ta' Malta qiegħed jipproduċi serje ta' programmi bl-isem Il-Politika fl-Arti Viżiva, li tiddiskuti l-implikazzjonijiet politiċi f'tant xogħlijiet artistiċi u arkitettoniċi mferrxin f'Malta u lil hinn minnha. L-iskop tas-sensiela huwa dak li jkun magħruf kif id-diversi forom ta' arti viżiva minn żminijiet u pajjiżi differenti interpretaw u rreaġixxew għal mexxejja u ideloloġiji politiċi. Kien hemm għadd kbir ta' każijiet meta l-artisti ġew ikkummissjonati minn dawk fil-poter biex permezz tal-opri tal-arti jelevaw is-supremazija tal-istat jew tal-knisja, waqt li kien hemm artisti oħrajn li użaw il-ħiliet kreattivi tagħhom biex iwasslu messaġġ ta' protesta kontra l-abbuż tal-poter.

Fost temi oħrajn, din is-sensiela se tistħarreġ l-implikazzjonijiet kulturali u politii fl-arti klassika, medjevali, rinaxximentali, barokka u kontemporanja, kif ukoll fl-arkitettura militari u funerarja, il-karikatura u l-filatelija. Riċerka, preżentazzjoni u produzzjoni ta' Dr Mario Thomas Vassallo bis-sehem ta' diversi akkademiċi mid-Dipartiment tal-Public Policy flimkien ma' oħrajn ġejjin minn għadd ta' Fakultajiet u Istituti oħrajn tal-Universita ta' Malta.

Back to Main Webcast Page

Program 1: Introduzzjoni: Il-Politika fl-arti viżiva.
Program 2: Il-Qawwa tal-Immaġini - Arti u Arkitettura.
Program 3: Il-Politika u l-ispirazzjoni tal-artist - Mark Schembri, artist.
Program 4: Is-sinifikat tal-arti fis-simboli tal-istat - Andre Debattista.
Program 5: Il-politika fl-arti klassika: Il-Greċja u Ruma tal-qedem - Prof Horatio Vella.
Program 6: Il-karikatura politika - bil-parteċipazzjoni ta' Ms Simone Chircop.
Program 7: Il-Politika fl-arkitettura - Prof Conrad Thake.
Program 8: Il-Politika fl-Arti Barokka - Prof Denis De Lucca.
Program 9: Il-Politika fl-Arti Medjevali u Rinaxximentali - Prof Mario Buhagiar.
Program 10: Il-Politika fit-teatru u ċinematografija bil-parteċipazzjoni ta' Simone Chircop.
Program 11: Il-Politika fl-arkitettura militari - Dr Stephen Spiteri.
Program 12: Il-Politika fl-arti moderna - Dr Giuseppe Schembri Bonaci.
Program 13: Il-Politika u l-ippjanar urban - Prof Edward Warrington.
Program 14: Il-Politika fil-filatelija u l-uċuh tal-muniti - bis-sehem ta' Simone Chircop.
Program 15: L-Arti fil-Kampanji Elettorali - Dr George Vital Zammit.
Program 16: Il-Politika fl-arti mal-ħitan (murals) - Rev Dr Carmel Tabone.
Program 17: Il-Politika, iċ-Ċensura u s-Satira - Prof Godfrey Pirotta.