CampusFM 103.7

 

Il-Baħar fil-Letteratura

Il-kittieba Maltin huma bnedmin ta' gżira u moħħhom huwa mimli b'dehriet marbutin mal-baħar u kull ħaġa li tmiss miegħu. Barra minn hekk, il-Gżejjer Maltin jinsabu fil-Baħar Mediterran, li hu baħar imdawwar minn kullimkien bl-art u magħluq bejn in-Nofsinhar tal-Ewropa, it-Tramuntana tal-Afrika, u l-Lbiċ tal-Asja. Dan ifisser li l-gżejjer tagħna jġarrbu l-klima Mediterranja li tħaddan klima sajfija niexfa u sħuna. Klima bħal din bilfors li taffettwa l-mentalita' tal-abitanti, u f'din is-sensiela naraw x'attitudnijiet jixirfu mill-kittieba tagħna minħabba l-kondizzjonijiet tal-ajru u tal-post. U meta niflu l-letteratura tagħna jeħtieġ li ningastawha fil-kultura li twasslilna l-kwalitajiet tagħna bħala bnedmin.

Dr.Charles Briffa u Celaine Buhagiar

Back to Main Webcast Page

Program 1: Il-poeżiji ta' Dun Karm: Malta Ġawhra tal-Mediterran, Għanja ta' Malti fl-Amerka, u L-Innu Malti. Il-Mediterranjaniżmu; ġawhra; il-poeżija anonima: Lilek Malta fl-Aħjar Sena; il-graffiti tat-tempji megalitiċi ta' Ħal Tarxien; il-baħar fil-foklor; Il-Kantilena u Mejjun Ġie bil-Ward u ż-Żahar.
Program 2: Ir-rumanz Ineż Farrug ta' Anton Manwel Caruana, l-epika Il-Ġifen Tork ta' Ġananton Vassallo, Id-Djalogu VI ta' G.F. Agius De Soldanis, il-poeżija narrattiva Il-Konverżjoni tal-Maltin ta' Luigi Rosato, u parti mill-Istorja Sagra ta' Annibale Preca.
Program 3: Il-Ġifen Tork ta' Ġananton Vassallo, il-leġġenda ta' Toni Bajada fil-letteratura, ir-rumanzett Toni Bajada ta' Ġuże' Muscat Azzopardi, ir-rumanz Toni Bajada jew il-Misteri tan-Naxxar ta' Emilio Lombardi, il-poeżija narrattiva Toni Bajada - Fatt li Ġara ta' Anton Caruana, ir-rumanz Ineż Farruġ ta' Anton Manwel Caruana, il-poeżija Il-Port ta' Malta ta' Ġananton Vassallo, u l-poeżija Il-Baħar ta' Ġuże' Muscat Azzopardi.
Program 4: Mewġa, in-nagħaġ tal-baħar, baħar imfaħħal, baħar iniegħeġ, il-poeżija Birżebbuġa ta' Luigi Rosato, is-sunett Marsaxlokk ta' Ġuże' Muscat Azzopardi, il-poeżija Baħar ukoll ta' Ġuże' Muscat Azzopardi.