CampusFM 103.7

 

Teledrammi: Nostalġija u Tifkiriet

Teledrammi: Nostalġija u Tifkiriet, program televiżiv adattat għar-radju, se jieħu lis-semmiegħa fuq vjaġġ fil-passat fejn se immorru lura fis-snin u nippruvaw niskopru kif nibtet l-imħabba għad-drama Maltija. Kienu mhux ftit dawk is-serje televiżivi li żammu udjenzi ma' l-iskrin għal gimgħat u skedi sħaħ, iżda qabel irridu nfakkru li dan il-fenomenu kollu nibet mir-radju, anzi mir-Redifussion. Dan il-fenomenu wassal biex witta t-triq għal bosta teledrammi li ġew maħduma matul is-snin fosthom: F'Baħar Wieħed, Il-Madonna taċ-Ċoqqa, Wenzu u Rożi, Triq Waħda, Wirt u bosta produzzjonijiet oħra li tant ġibdu telespettaturi warajhom. Niltaqgħu mal-protagonisti infushom li kienu strumentali għas-suċċess ta' xogħolijiet bħal dawn, fi żmien meta r-riżorsi u l-avvanzi teknoloġiċi kienu għadhom wisq 'l bogħod minn dak li għandna llum, iżda li xorta kellhom kapaċita' li jbattlu t-toroq Maltin fil-ħinijiet meta kienu jixxandru. Produzzjoni Celaine Buhagiar, Joseph Galea u Pierre Bugeja. Preżentazzjoni: Celaine Buhagiar

Back to Main Webcast Page

Program 1: Mir-Redifussion għat-teledramm: Overview.
Program 2: F'Baħar Wieħed: Direzzjoni ta' Lino Farrugia. (1)
Program 3: F'Baħar Wieħed: Direzzjoni ta' Lino Farrugia. (2)
Program 4: Il-Mandraġġara: Direzzjoni Tony Parnis.
Program 5: Wenzu u Rożi: Addattament televiżiv - Ġorġ Peresso. (1)
Program 6: Wenzu u Rożi: Addattament televiżiv - Ġorġ Peresso. (2)
Program 7: Vaganza f'Ħal bla Ras - Direzzjoni Tony Parnis. (1)
Program 8: Vaganza f'Ħal bla Ras - Direzzjoni Tony Parnis. (2)
Program 9: Il-leħen li dewa mill-bir - Direzzjoni ta' Albert Marshall.
Program 10: Il-kerrejja - Direzzjoni Zep Camilleri.
Program 11: Kristu fl-iżbarra - Direzzjoni ta' Charles Stroud. (1)
Program 12: Kristu fl-iżbarra - Direzzjoni ta' Charles Stroud. (2)

'