CampusFM 103.7

 

Il-Kelma fil-Kant

Din is-sensiela tifli nisġet il-Malti fil-kanzunetti u tiffoka lis-semmiegħa għar-relazzjonijiet bejn il-ħoss u l-kelma. Tfittex, f'għadd ta' kanzunetti Maltin, il-lingwa u l-istrutturi minn perspettiva narratoloġika għax is-sensiela temmen fl-importanza li l-komponent tal-ħoss għandu fl-effettivita' tal-messaġġi li l-kantanti jridu jwasslu. In-nisġa ta' kanzunetta tiddependi, fost oħrajn, fuq mekkaniżmi letterarji. L-għan ġenerali ta' din is-sensiela huwa li l-programmi jesploraw waqt li jagħtu skop għal ħsieb utiq li jista' jistimula aktar diskussjoni. Produzzjoni u preżentazzjoni ta' Prof Charles Briffa u Celaine Buhagiar.

Back to Main Webcast Page

Program 1: Għanja - kanzunetta - song; Il-kuntest fis-songs; L-Aħħar bidwi f'Wied il-Għasel - Diskussjoni fuq din id-diska.
Program 2: X'inhu ħoss?; Ħoss - sawnd; in-narrattiva; il-karozzin - diskussjoni fuq din is-song.
Program 3: Diskussjoni u analiżi fuq is-song Sieħbi fil-Kabord tal-Kċina.
Program 4: Diskussjoni u analiżi fuq is-song L-Avukat tal-Karozzin.
Program 5: Analiżi u diskussjoni fuq il-lingwa ta' Il-Festa kliem ta' Joe Friggieri u kantata minn Mary-Rose Mallia.
Program 6: Analiżi u diskussjoni fuq il-lingwa ta' Id-Dar tan-Nanna ta' Corazon Mizzi.
Program 7: Analiżi tal-kunċett Innu u qrajna u għamilna diskussjoni tal-Innu Malti; l-Innu lill-Madonna; l-Innu ta' Filgħodu u l-Innu lill-Bniedem.
Program 8: Spjegajna t-terminu għanja u tajna xi eżempji mil-letteratura Maltija u tindaqq is-song Hekk biss ikun poeta kantata minn Vince Fabri u hija poeżija ta' Oliver Friggieri. Imbagħad semmejna xi taqbiliet.
Program 9: L-għana: l-istorja tal-għana Malti fil-qosor. Is-sengħa tal-kelma fl-għana Malti.
Program 10: Analiżi u diskussjoni fuq l-użu tal-Malti fis-song Rajt ma Rajtx, Smajt ma Smajtx.
Program 11: Analiżi tas-songs: Xemx u Kewkba.
Program 12: Analiżi tas-songs Niftakar Fik ta' The Followers u Għal Dejjem ta' Freddie Portelli.
Program 13: Is-songs Tal-Pastizzi ta' David Azzopardi u Filgħodu Kmieni ta' Ralph Dougall.
Program 14: Analiżi u diskussjoni tas-song Jien ma Naħdimx.
Program 15: Analiżi u diskussjoni tas-song Fejn Staħbejtli ta' Ira Losco.
Program 16: Analiżi u diskussjoni tas-song Imħabba f'Kemmuna.
Program 17: Analiżi u diskussjoni tas-song Miss Scicluna.
Program 18: Ħarsa lura lejn il-kunċetti ewlenin tas-sensiela: l-ambjent kognittiv; il-kuntest unitarju; it-tlaqqigħ ta' sound u sentiment (il-ħoss u il-ħass); in-narrattiva fis-songs; il-funzjoni tan-narratur; il-konversazzjoni fis-songs; is-song bħala komunikazzjoni; is-soġġettivita'.

'